Aqbeż għall-Kontenut

Din id-dikjarazzjoni tal-privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni ta’ pproċessar: Premjijiet tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità

Kontrollur tad-Data: L-Unità ta’ koorindazzjoni tad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, in-Non-Diskriminazzjoni u r-Roma tal-Kummissjoni Ewropea

  1. Introduzzjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni"’) hija impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa ulterjorment id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KEC) Nru 45/2001).

    Din id-dikjarazzjoni tal-privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nimmaniġġjaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali pprovduta, kif dik l-informazzjoni tintuża u xi drittijiet għandek fir-rigward tad-data personali tiegħek. Hija tispeċifika d-dettalji tal-kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli ma’ min tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew tad-Data.

    L-informazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tal-operazzjoni “Premjijiet tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità” (minn hawn ’il quddiem “Premju”) imwettqa minn u f’isem id-Direttorat-Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Unjoni Ewropea hija ppreżentata hawn taħt.

  2. Kif nipproċessaw id-Data Personali tiegħek?

    Aħna niġbru d-Data Personali għall-finijiet li ġejjin:

    • Biex ninfurmawk dwar il-Premju u nagħtuk l-aġġar aħħornament dwar il-Premju;
    • Biex nikkomunikaw miegħek;
    • Biex nanalizzaw u nevalwaw l-applikazzjoni u niddeċiedu dwar ir-rebbieħa tal-Premju;
    • Biex norganizzaw (u potenzjalment nisteduk) għall-avveniment taċ-ċerimonja tal-Premju;
    • Biex nirranġaw għall-pagament tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tiegħek f’każ li l-villaġġ/belt/reġjun tiegħek jintagħżel biex jattendi l-avveniment taċ-ċerimonja tal-Premju (f’tali każ, se nipproċessaw Data Personali addizzjonali, bħal informazzjoni tal-passaport/tal-karta tal-ID, strettament mill-perspettiva tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tiegħek).

    Aħna nistgħu nipproċessaw id-Data Personali tiegħek fuq bażi aggregata biex nevalwaw is-suċċess tal-Premju (għadd ta’ applikanti, eċċ.) imma l-informazzjoni mhux se tintuża għal għanijiet oħra għajr dan il-Premju.

    Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomati inkluż profil.

  3. Għal-liema raġunijiet legali nipproċessaw id-Data Personali tiegħek?

    Aħna nipproċessaw id-Data Personali tiegħek fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1725 ("is-suġġett tad-data ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar").

  4. Liema Data Personali niġbru u nipproċessaw ulterjorment?

    Aħna niġbru d-Data Personali tiegħek direttament mingħandek. B’mod partikolari, l-indirizz elettroniku tiegħek, data ta’ identifikazzjoni personali (isem, titlu, eċċ.), data ta’ identifikazzjoni professjonali (titlu tal-impjieg) u ċertu data ta’ identifikazzjoni elettronika (eż. dettalji tad-dħul) jinġabru permezz ta’ proċess ta’ applikazzjoni. Informazzjoni ulterjuri dwarek tista’ tiġabar minn sorsi aċċessibbli pubblikament (fuq l-Internet).

    Aħna nipproċessaw id-Data Personali tiegħek biss jekk u sal-limitu tal-kunsens li tajt għall-ipproċessing tad-Data Personali tiegħek għal għan speċifiku wieħed jew aktar.

    L-ipproċessar u ż-żamma tad-Data Personali tiegħek tista’ wkoll tkun meħtieġa għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih l-istituzzjoni tagħna hija suġġetta (pereżempju aħna meħtieġa nżommu d-dettalji tal-iffatturar għall-pagament tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tiegħek għal ċertu perjodu ta’ żmien skont l-liġijiet ta’ kontabilità applikabbli – tali fatturi jista’ jkun fihom xi Data Personali tiegħek).

  5. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?

    Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” taħt il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tirrettifika jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabilità tad-data.

    Inti tajt il-kunses li tipprovdi d-data personali tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea għall-operazzjoni ta’ pproċessar attwali. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lit-tim li qed imexxi l-Premju f’isem il-Kontrollur tad-Data (fuq award@eudiversity2022.eu). L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma inti rtirajt il-kunsens.

    Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lit-tim li qed imexxi l-Premju f’isem il-Kontrollur tad-Data (fuq award@eudiversity2022.eu), jew f’każ ta’ kunflitt, lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ wkoll tindirizza liIl-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni tal-kuntatt tinsab f’punt 9 hawn taħt .

  6. Għal kemm inżommu d-Data Personali tiegħek?

    Id-Data Personali tiegħek mhux se tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom inġabret jew ipproċessata ulterjorment eż.:

    Sena mid-data tat-tnedija tal-Premju (22/11/2021) għall-informazzjoni tal-identifikazzjoni personali u d-data tal-identifikazzjoni professjonali meħtieġ biex tapplika għall-Premju u torganizza l-avveniment (jekk jogħġbok innota li se nżommu d-data relatata mal-belt/villaġġ/reġjun u l-applikazzjoni għal kemm huwa meħtieġ biex niksbu l-kompiti tagħna mwettqa fl-interess pubbliku);

    Tliet snin mid-data tat-tnedija tal-Premju (22/11/2021) għall-indirizz elettroniku tiegħek;

    Kwalunkwe perjodu itwal jekk iż-żamma tad-Data Personali hija meħtieġa biex nikkonformaw ma’ obbligu impost fuq l-istituzzjoni tagħna (pereżempju aħna meħtieġa nżommu d-dettalji tal-iffatturar għall-pagament tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tiegħek għal ċertu perjodu ta’ żmien skont l-liġijiet ta’ kontabilità applikabbli – tali fatturi jista’ jkun fihom xi Data Personali tiegħek).

  7. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-Data Personali tiegħek?

    Id-data personali kollha f'format elettroniku (ittri elettroniċi, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet tad-data mtella’, eċċ.) hija maħżuna fuq is-servers tal-Kummissjoni Ewropea u l-kuntrattur tiegħu. L-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannur 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemti tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

    Il-kuntratturi tal-Kummissjoni huma marbuta minn klawsola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, u mill-obbligi tal-kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“GDPR” Regolament (UE) 2016/679).

    Biex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju tat-telf tad-data, bdil tad-data jew aċċess mhux awtorizzat, it-teħid f’kunsiderazzjoni tar-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali biss għal persuni awtorizzati bi ħtieġa leġittima li jkunu jafu għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

  8. Minn għandu aċċess għad-Data Personali tiegħek u lil min tista’ tiġi żvelata?

    Aċċess għad-data personali tiegħek hija pprovduta lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju “il-bżonn li wieħed ikun jaf”. Tali persunal jirrispetta ftehimiet kunfidenzjali statutorji u meta meħtieġ, oħrajn addizzjonali.

     

    Id-Data Personali tiegħek issir disponibbli lir-riċevituri tad-data li ġejjin:

    Membri tal-Unità ta’ koordinazzjoni tad-Direttorat-Ġenerali tal-Ġustizzja u Konsumaturi, in-Non-Diskriminazzjoni u r-Roma tal-Kummissjoni Ewropea.

    Tipik Communication Agency, kumpanija b’responsabbiltà limitata organizzata taħt il-liġijiet tal-Belġju, b’uffiċċju rreġistrat f’Avenue de Tervueren 270, 1150 Brussell (“Tipik”) u l-persunal tagħha li qed jaħdem fuq il-proġett (Tipik se tkun qed taġixxi bħala l-proċessur tad-data u se tipproċessa d-Data Personali tiegħek f’isem il-Kummissjoni Ewropea);

    Żewġ esperti indipendenti responsabbli għall-verifika ta’ eliġibilità u l-evalwazzjoni minn qabel tal-applikazzjonijiet.

    Il-ġurija fuq livell tal-UE għall-Premju.

  9. Informazzjoni tal-kuntatt

    Il-Kontrollur tad-Data

    Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tissottometti lment rigward il-kollezzjoni u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim li qed imexxi l-Premju f’isem l-Unità ta’ koordinazzjoni tal-Ġustizzja u Konsumaturi, in-Non-Diskriminazzjoni u r-Roma tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-buttuna ta’ kuntatt fuq is-sit tal-applikazzjoni. Din l-buttuna tattiva s-softwer tal-posta elettronika tiegħek u tistiednek tibgħat il-kummenti tiegħek lil kaxxa postali speċifika (award@eudiversity2022.eu). Meta tibgħat tali messaġġ, id-Data Personali tiegħek tinġabar biss biex inweġbuk.

    Jekk it-tim responsabbli għall-kaxxa postali ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, se jittrasferixxi l-ittra elettronika tiegħek lil servizz ieħor. Se tiġi infurmat, permezz ta’ ittra elettronika, lejn liema servizz il-mistoqsija tiegħek ġiet trasferita.

    L-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni

    Tista’ tikkuntattja l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) rigward kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725.

    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

    Inti għandek id-dritt li tirrikorri (jiġifieri tista’ tagħmel ilment) lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk taħseb li d-drittijiet tiegħek taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.

Lura ’l fuq