Insert animation 1
Il-Premju għall-Bliet Kapitali tal-Inklużjoni u d-Diversità huwa miftuħ għall awtoritajiet lokali kollha fl-UE li qed
jibnu soċjetajiet aktar ġusti billi jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni f’termini ta’:
Dan ifisser li r-raħal, belt jew reġjun tiegħek jista’ jikseb ir-rikonoxximent li jistħoqqlu għall-bini ta’ ambjent li jippermetti li kulħadd iħossu sikur u jissodisfa l-potenzjal tiegħu.
Hemm żewġ kategoriji ewlenin:
Se jingħata wkoll Premju speċjali għall-inklużjoni tal-LGBTIQ. Tista’ tissottometti l-applikazzjoni tiegħek bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fil-15 ta’ Frar 2023 12:00 CET. Grazzi lil dawk kollha li applikaw. Skopri min rebaħ fiċ-ċerimonja tal-Premjijiet fit-28 ta’ April 2023.
Il-Premju ma jikkonċernax biss ir-rikonoxximent. Ir-rebbieħa tagħna se jispiraw irħula jew bliet oħra billi jaqsmu l-aħjar prattiki u politiki rebbieħa. Dan se joħodna lkoll pass ulterjuri lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza u soċjetà aktar ugwali.
Il-Premju għall-Bliet Kapitali tal-Inklużjoni u d-Diversità ser jagħti rikonoxximent u viżibilità lix-xogħol li jispikka tal-awtoritajiet lokali li jistgħu jsiru ispirazzjoni għal oħrajn. Bliet u komunitajiet lokali għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-diversità u l-inklużjoni billi joħolqu postijiet siguri, akkoljenti u ospitabbli għal residenti fejn jgħixu u jħossuhom aħjar. Billi nibnu komunitajiet inklussivi - fuq il-livell tar-raħal, tal-belt u tar-reġjun - inkunu nistgħu nibnu Unjoni ta' Ugwaljanza vera fl-Ewropa.
Helena Dalli, Kummissarju tal-UE għall-Ugwaljanza
Jekk għandek mistoqsijiet:
Niżżel il-preżentazzjoni għall-applikanti potenzjali mill-webinar li sar mill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Jannar 2023
Iċċekkja r-regoli u l-linji gwida
Ikkuntattja s-Segretarjat tal-Premju fuq award@eudiversity2023.eu
Għandna bżonn l-appoġġ tiegħek. Xerred il-kelma fuq il-media soċjali b’#DiversityCapitals u abbona għall-bullettin tagħna.
Il-kunċett tal-Premju tħejja f’konsultazzjoni mal-kollegi minn madwar il-Kummissjoni Ewropea inklużi dawk fid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, il-Politika Reġjonali u Urbana, l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, l-Ambjent u s-Segretarjat Ġenerali. Aħna ħdimna wkoll mal-Kumitat tar-Reġjuni.
Organizzazzjonijiet barra mill-istituzzjonijiet Ewropej ukoll tawna l-appoġġ tagħhom: