Il-Kummissjoni Ewropea, il-Pjattaforma tal-UE tal-Karti tad-Diversità u l-membri tagħha qed jistennewk biex tingħaqad online matul ix-Xahar Ewropew tad-Diversità f’Mejju 2023. Dan is-sett ta’ għodod huwa mfassal għal kumpaniji li jixtiequ jissieħbu fix-Xahar Ewropew tad-Diversità billi jorganizzaw attivitajiet ta’ diversità, jippromwovu d-diversità fuq il-post tax-xogħol u jiċċelebraw ix-Xahar Ewropew tad-Diversità fuq il-midja soċjali
Issa huwa ż-żmien li turi l-appoġġ u l-impenn tiegħek għad-diversità u li ssemma’ leħnek.
Dan is-sett ta’ għodod jagħtik ideat dwar kif tippromwovi x-Xahar Ewropew tad-Diversità, u l-attivitajiet tiegħek relatati miegħu, fuq il-midja soċjali. Dan jinkludi wkoll diversi elementi viżwali u messaġġi li tista’ tniżżel u tuża fuq il-pjattaformi tiegħek stess, bil-lingwa tiegħek.
Jekk għadek qed tfittex ideat dwar liema attivitajiet tista’ torganizza matul ix-Xahar Ewropew tad-Diversità, ħares lejn il-Gwida tagħna biex tispira li niċċelebraw ix-Xahar Ewropew tad-Diversità.
EUDiversityMonth se jsir matul Mejju 2023. Tista’ tibda tippubbliċizza llum u tkompli sal-aħħar ta’ Mejju. Iċċekkja mal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek jekk humiex qed jippjanaw li jorganizzaw Jum/Ġimgħa nazzjonali tad-Diversità f’pajjiżek u kif tista’ tingħaqad magħha. Uża l-mezzi tal-midja soċjali tal-organizzazzjoni tiegħek biex tikkomunika – tista’ ssib is-suġġerimenti speċifiċi tal-midja soċjali hawn taħt. Semmi l-parteċipazzjoni tiegħek kemm fix-Xahar Ewropew tad-Diversità kif ukoll fil-Jum/Ġimgħa nazzjonali tad-Diversità tiegħek fuq il-midja soċjali, aqsam il-posts dwar ix-Xahar u segwi l-Karta tad-Diversità tiegħek fuq il-midja soċjali.
Meta tippubblika t-tweets, il-posts ta’ Facebook u ta' LinkedIn tiegħek, itteggja l-kontijiet tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kummissarju Helena Dalli u tad-DĠ Ġustizzja u tal-Konsumaturi kif ukoll il-kontijiet tal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek bl-użu tat-tags elenkati hawn taħt.
Dejjem uża l-hashtag #EUDiversityMonth, għalkemm tista’ tuża wkoll il-hashtags #UnitedInDiversity, #DiversityCharters u #UnionOfEquality.
Meta tippubblika t-tweets tiegħek, itteggja l-kont tat-Twitter tal-Kummissjoni Ewropea, il-kont tat-Twitter tal-Kummissarju Helena Dalli, il-kont tat-Twitter tad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi (DĠ JUST) u l-kontijiet tat-Twitter tal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek direttament fil-messaġġ tiegħek, kif muri taħt il-posts tal-midja soċjali u tteggja l-kontijiet fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara hawn taħt għal-lista ta’ kontijiet biex titteggja.
Meta tippubblika fuq Facebook, itteggja l-paġna ta’ Facebook tal-Kummissjoni Ewropea u tad-DĠ JUST – Ġustizzja u Konsumaturi tal-UE, fil-messaġġi tiegħek u fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara l-lista sħiħa tal-kontijiet hawn taħt.
Meta tippubblika fuq LinkedIn, tista’ titteggja l-paġna ta’ LinkedIn tal-Kummissjoni Ewropea fil-posts tiegħek, fil-messaġġi tiegħek u fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara hawn taħt il-kontijiet biex titteggja.
Il-posts tal-midja soċjali ta’ hawn taħt huma pprovduti bħala sors ta’ ispirazzjoni għall-komunikazzjoni tal-midja soċjali tiegħek stess dwar ix-Xahar Ewropew tad-Diversità. Tista’ tniżżel u tuża l-viżwalli u tikkopja.
Copy
Post tax-xogħol inklussiv huwa #posttax-xogħol aktar b'saħħtu. 💼
👀#Ingħaqad magħna u ċċelebra x-Xahar Ewropew għad-Diversità ta' dis-sena f'Mejju 2023.
Ejja naħdmu flimkien biex nibnu postijiet tax-xogħol #inklussivi fejn kulħadd iħossu komdu u milqugħ. 🤝
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy
👀 Mejju 2023 huwa x-Xahar Ewropew għad-Diversità.
Id-#diversità twassal għal #bidla, #innovazzjoni u #tagħlim.
Is-26 Karta dwar id-Diversità tal-Ewropa li jirrappreżentaw iktar minn 15 400 organizzazzjoni huma parti minn spinta għall-promozzjoni ta' #futur aktar inklussiv billi jibnu postijiet tax-xogħol diversi
Sew jekk inti
➡️ kumpanija privata
➡️ istituzzjoni pubblika
➡️ NGO
➡️ belt
Ingħaqad magħna u ejja naħdmu flimkien biex nippromwovu d-diversità u l-inklużjoni għal futur #magħqud.
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy
Id-diversitá tas-soċjetà tagħna hi riflessa fil-postijiet tax-xogħol tagħna?
Il-benefiċċji ta' post tax-zogħol divers u inklużiv huma:
➡️ żieda fir-reputazzjoni
➡️ kultura organizzazzjonali aħjar
➡️ iktar kreattività u soluzzjoni tal-problemi
➡️ perspettivi ġodda
➡️ dħul ogħla
➡️ inqas fatturat ta' impjegati
L-organizzazzjoni tiegħek qed tagħmel biżżejjed? Ejja u uri l-impenn tiegħek matul il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2023
Sir af iktar 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#UnitedInDiversity #EUDisabilityRights #UnionOfEquality
Copy for Facebook
Id-#diversità hija s-saħħa li noħolqu meta niftħu l-bibien lill-oħrajn u napprezzaw id-differenzi #individwali.
Dan il-#EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2023 jagħmel enfasi fuq il-bini ta' pontijiet u l-ħolqien ta' #UnjoniTa'Ugwaljanza!
Ingħaqad mal-@European Commission u mal-@@EU Justice u l-Konsumaturi u ħu sehem fil-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol diversi u inklussivi.
Uri xi tfisser id-diversità għalik!
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#UnitedInDiversity #DiversityCharters
Copy for LinkedIn
👀 Ħu sehem fil-#EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2023!
Din hi l-opportunità għall-organizzazzjoni tiegħek sabiex
🔵 Turi l-impenn tagħha għall-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol inklussivi
🟠 #Tippromvowi d-diversità
🟣 Torganizza avvenimenti speċifiċi lill-impegati tagħha
🟢 Tqajjem kuxjenza dwar id-diversità fost il-partijiet ikkonċernati tagħha
Id-#diversità għaddejja minn sfida kontinwa; huwa permezz tal-għaqda tagħna li aħna noħolqu Ewropa #ugwali!
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
🎉 Ejja #niċċelebraw #EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2023!
Il-promozzjoni tad-diversità u ta' postijiet #inklussivi hija #sfida kontinwa. Uri ħidmietek favur id-diversità!
Ħu sehem illum!
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth
Copy for Facebook
👀 Ningħaqdu flimkien għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2023!
Wasal iż-żmien biex #naġixxu ħalli nġibu bidla reali fis-soċjetà, biex nibnu #koeżjoni u #Unjoni ta'Ugwaljanza.
Ippromwovi l-#impenn tiegħek favur l-inklużjoni u enfasizza l-#isforzi tiegħek biex toħloq postijiet tax-xogħol #inklussivi. 💼
Il-bini ta' pontijiet bejn #negozji, #organizzazzjonijiet, #bliet, u #komunitajiet lokali huwa l-aħjar mod biex noħolqu ambjenti diversi u inklussivi, fejn kulħadd iħossu komdu u milqugħ.
Organizza l-avvenimenti u l-attivitajiet tiegħek biex turi s-siwi tad-diversità u l-inklużjoni u kemm huma ta' benefiċċju għall-organizzazzjoni tiegħek.
Ejja nimpenjaw ruħna għad-diversità u l-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol u l-komunitajiet tagħna fl-Ewropa.
Sir af iktar
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for LinkedIn
👀 Ningħaqdu flimkien għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2023!
Il-kumpaniji u l-postijiet tax-xogħol jilagħbu parti importanti fil-bini ta' soċjetà inklussiva.
Il-bini ta' pontijiet bejn #negozji, #organizzazzjonijiet, #bliet, u #komunitajiet lokali huwa l-aħjar mod biex noħolqu ambjenti varjati u inklussivi, fejn kulħadd iħossu komdu u jħoss sens ta' #appartenenza.
Ħu sehem u sir af iktar
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
👀 Ningħaqdu għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2023!
Ejja #naġixxu biex inġibu bidla u noħolqu soċjetà inklussiva.
Uri ħidmietek favur postijiet tax-xogħol diversi, inklussivi, u b'saħħithom.💼
Ħu sehem
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth
Copy for Facebook
Għin biex tagħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Il-bini ta' forza tax-xogħol inklużiva u ambjent ta' xogħol inklużiv jista' jgħin lil kumpaniji biex jiġbdu u jżommu talent, ikollhom impenn ogħla mill-impjegati u iktar produzzjoni innovattiva.
Il-promozzjoni tad-diveristà u tal-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol jibgħat messaġġ qawwi lil impjegati potenzjali li huma ser ikunu milqugħa u apprezzati.
Ingħaqad magħna biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2023
Sir af iktar 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#UnionOfEquality.
Copy for LinkedIn
Għin biex tagħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Il-bini ta' forza tax-xogħol inklużiva u ambjent ta' xogħol inklużiv jista' jgħin lil kumpaniji biex jiġbdu u jżommu talent, ikollhom impenn ogħla mill-impjegati u iktar produzzjoni innovattiva.
Il-promozzjoni tad-diveristà u tal-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol jibgħat messaġġ qawwi lil impjegati potenzjali li huma ser ikunu milqugħa u apprezzati.
Ingħaqad magħna biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2023
Sir af iktar 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
Għin agħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Nibnu forza tax-xogħol diversa u ambjent inklużiv biex kumpaniji jattiraw u jżommu t-talent.
Ingħaqad magħna f'Mejju biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth
Mur 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#UnionOfEquality
Copy for Facebook
Ħalli x-xogħol tiegħek jgħodd!
L-evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek hu l-ewwel pass biex toħloq post tax-xogħol fejn kulħadd:
Skopri kif tevalwa #diversità u #inklużjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħek 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
Ixxerrja u ispira lil ħaddieħor, ingħaqad magħna f'Mejju biex tiċċelebra l-#EUDiversityMonth
#UnionOfEquality
Copy for LinkedIn
Ħalli x-xogħol tiegħek jgħodd!
L-evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek hu l-ewwel pass biex toħloq post tax-xogħol fejn kulħadd:
Skopri kif tassessja #diversità u #inklużjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħek 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
Ixxerrja u ispira lil ħaddieħor, ingħaqad magħna f'Mejju 2023 biex tiċċelebra l-#EUDiversityMonth
#UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
Ħalli xogħolok jgħodd!
Oħloq post tax-xogħol fejn kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs, rispett u appartenenza b’evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek
Mur fuq 👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
Għinna niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2023
#UnionOfEquality
KONTIJIET TAL-MIDJA SOĊJALI RILEVANTI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA | ||||
---|---|---|---|---|
Isem l-organizzazzjoni, il-persuna jew il-pajjiż/il-kanal tal-Midja soċjali | ||||
Il-Kummissjoni Ewropea |
@European Commission | European Commission | European Commission | European Commission |
Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza Helena Dalli |
@helenadalli | Helena Dalli | ||
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi |
@EU_Justice | EU Justice and Consumers |